via_main_banner_1
main_slider_2
main_slider_3
previous arrow
next arrow

Merħba

Il-proġett VIATICUM (Volunteers in Action to Improve Competences Union and Mood) tnieda fl-2019 meta l-assoċjazzjoni Edelweiss kisbet fondi Ewropej bħala parti mill-fondi Erasmus+ Key Action 2: Assoċjazzjonijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni tal-Adulti.

Għaqdiet minn 9 pajjiżi pparteċipaw f’dan il-proġett: Edelweiss (L-ITALJA) – Emergency Fire & Rescue Unit (MALTA) – Escola Portuguesa de Salvamento (IL-PORTUGALL) – Elite Team Special Missions of Greece (IL-GREĊJA) – Serve On (IR-RENJU UNIT) – Central Buda Volunteer Civil Protection Assotiation (L-UNGERIJA) – Pompiers de l’Urgence Internationale (FRANZA) – Unidad Canina de Rescate y Salvamento (SPANJA) – Serbian Rescue Team (IS-SERBJA).

Dan il-proġett huwa kontinwazzjoni ta’ proġett Ewropew ieħor, “Synergising European Volunteer Rescue Teams – A Rescue Operations Manual” li beda fl-2015 taħt id-direzzjoni tal-Emergency Fire & Rescue Unit (Malta) u bil-parteċipazzjoni ta’ 5 partners: EDELWEISS (L-ITALJA) – ESCOLA PORTUGUESA DE SALVAMENTO (IL-PORTUGALL) – ELITE TEAM SPECIAL MISSIONS OF GREECE (IL-GREĊJA) – SERVE ON (IR-RENJU UNIT) – CYPRUS CIVIL PROTECTION VOLUNTEERS CORP (ĊIPRU).

Il-partners ta’ VIATICUM, flimkien ma’ timijiet oħra – CYPRUS CIVIL PROTECTION VOLUNTEERS CORP (ĊIPRU) – SARAID (IR-RENJU UNIT) – BOMBEIROS VOLUNTARIOS PENICHE (IL-PORTUGALL) – BOMBEIROS VOLUNTARIOS MOSCAVIDE E PORTELA (IL-PORTUGAL) – RESCUE GR (IL-GREĊJA) – ANGELI DELLA SILA (L-ITALJA) – ANTELAO (L-ITALJA) – iżommu kuntatt permezz tal-assoċjazzjoni internazzjonali EVOLSAR (European Association of Civil Protection Volunteer Teams), fejn jitħarrġu flimkien permezz ta’ eżerċizzji fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.